Lokali Saħħa

Checkpoint Malta: “wegħda ma tipproteġix, il-PrEP tipproteġi!”

Għaddew iktar minn sentejn minn meta l-Gvern wiegħed li jintroduċi l-PrEP bla ħlas fil-Gżejjer Maltin, però din il-mediċina bżonnjuża għadha trid tinxtara, b’ħafna ma jistgħux jaċċessaw din il-mediċina.

Checkpoint Malta saħqu kif l-introduzzjoni tal-PrEP f’Malta tirrifletti wkoll il-pożizzjoni ta’ Malta bħala l-iktar pajjiż favur id-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ+ fl-Ewropa għaliex persuni tal-istess sess u persuni trans huma kkunsidrati bħala gruppi f’riskju akbar għat-trażmissjoni tal-HIV, fost gruppi oħra. Iżda sal-lum il-ġurnata, din il-mediċina tant importanti biex tnaqqas ir-rata ta’ trażmissjoni tal-HIV tiswa €56.70 fix-xahar; prezz li sfortunatament għadu jservi ta’ deterrent għal ħafna nies li għandhom bżonn il-PrEP.

Din is-sena, it-tema tal-Jum Dinji għall-AIDS hija “Remember and Commit” (Ftakar u Kkommetti), u għalhekk qed ifakkru lill-Awtoritajiet tas-Saħħa dwar il-wegħda tagħhom u biex jikkommettu għaliha.

jixtiequ wkoll ifakkru lill-Gvern li l-politika tas-Saħħa Sesswali ilha ma tiġi aġġornata mis-sena 2010, u li din għandha tiġi ppubblikata għal konsultazzjoni illum qabel għada. Din il-konsultazzjoni ma’ NGOs u partijiet interessati għadha ma’ seħħitx, b’konsegwenza li s-saħħa sesswali fuq livell nazzjonali tibqa’ ssofri minħabba nuqqas ta’ għarfien, domanda eċċessiva għas-servizzi, u nuqqas ta’ riżorsi. komplew saħqu kif Iż-żmien tal-paroli għadda, u issa wasal iż-żmien għal azzjoni.