Draw mill-isbaħ ta’ 3-3 bejn Galatasary u Manchester United. It-tim ta’ Erik ten Hag fetaħ vantaġġ doppju b’gowls ta’ Alejandro Garnacho u Bruno Fernandes. Hakim Ziyech naqqas l-iskor man-nofsiegħa logħob. Scott Mc Tominay reġa għamel l-iskor 3-1 fil-55 minuta qabel ma’ żewġ gowls ta’ Hakim Ziyech u Kerem Akturkoglu għamlu l-iskor finali 3-3. Mill-istess grupp, Bayern Munich u Copenhagen temmew fi draw ta’ 0-0
Fi Grupp B, Arsenal aċċertaw mir-rebħ tal-grupp, b’reħa komda ta’ 6-0 fuq Lens. Arsenal skorjaw ħames gowls fl-ewwel taqsima permezz ta’ Kai Havertz, Gabriel Jesus, Bukayo Saka, Gabriel Martinelli u Martin Odegaard. Fit-tieni taqsima kien penalty ta’ Jorginho li għamel l-iskor finali 6-0. Mill-istess grupp, rimonta mill-aqwa ta’ PSV aċċertat minn rebħa ta’ 3-2 fuq Sevilla bil-gowl tar-rebħa jasal fl-aħħar mumenti.
Real Madrid, minn Grupp C għelbu lil Napoli 4-2. Giovanni Simeone poġġa lil Napoli fil-vantaġġ qabel ma gowls ta’ Rodrygo u Jude Bellingham dawru l-iskor favur Real Madrid. Zambo Anguissa għamel l-iskor 2-2 fis-47 minuta biex Paz Martinez skorja l-gowl ta’ 3-2 għal Real Madrid sitt minuti mit-tmiem. Fil-ħin mogħti żejjed Joselu għamel l-iskor finali 4-2. Braga u Union Berlin minn naħa l-oħra temmew fi draw ta’ 1-1.
Rimonta mill-aqwa ta’ Inter issalva punt għat-tim ta’ Simone Inzaghi f’partita li ntemmet bl-iskor ta’ 3-3 kontra Benfica. Il-Portugiżi fetħu vantaġġ ta’ tliet gowls, b’hatrick tal-eks tal-partita Joao Mario. Ir-rimonta ta’ Inter bdiet fil-51 minuta b’gowls ta’ Marko Arnautovic, Davide Frattesi u penalty ta’ Alexis Sanchez. Fil-partita l-oħra, Real Socieded u FC Salzburg temmew fi draw ta’ 0-0.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Ilbieraħ: Galatasaray v Man Utd 3-3, Bayern v Copenhagen 0-0, Sevilla v PSV 2-3, Arsenal v Lens 6-0, R. Madrid v Napoli 4-2, Braga v U. Berlin 1-1, Inter v Benfica 3-3, R. Sociedad v Salzburg 0-0