Sport Waterpolo

Enemed Cup: Faċli għal Sliema u Sirens

NEPTUNES VIDEOSLOTS…… 3

SLIEMA FRANK SALT………… 11

(2-1), (0-4), (0-4), (1-2)

Sliema Frank Salt baqgħu b’punti massimi meta din id-darba għelbu lil Neptunes Videoslots. Konfront mhux tipiku bejn dawn iż-żewġ timijiet hekk kif it-tnejn ma kinux fl-aqwa formazzjoni għal raġunijiet differenti.

Neqin għal Sliema; Jamie Gambin, Zach Mizzi, Jayden Cutajar u l-captain John Brownrigg filwaqt li Neptunes kienu mingħajr Alan Borg Cole, Jake Muscat u Stevie Camilleri fost l-oħrajn.

Ironikament kienu Neptunes li fetħu l-aħjar b’żewġ gowls ta’ Alec Fenech u Jake Bajada. Sliema wieġbu minn Liam Galea u dawru l-logħba favurihom b’erba’ gowls mingħajr risposta fit-tieni sessjoni. Benji Cachia spikka b’doppjetta.

Hawn kienet mistennija reazzjoni minn Neptunes, liema reazzjoni baqgħet ma waslitx, b’Sliema jerġgħu jiskorjaw b’doppjetta ta’ Liam Galea u gowls ta’ Jayden Cassar u Sam Engerer għal vantaġġ komdu ta’ 9-2. Fl-aħħar sessjoni s-Slimiżi komplew jikkontrollaw, bl-unika reazzjoni ta’ Neptunes tasal minn penalty ta’ Sam Gialanze.

Neptunes: M. Farrugia, L. Mallia, S. Gialanze (1), G. Pace, J. Valletta, D. Bugeja, M. Castillo, J. Camilleri, R. Galea, J. Bajada (1), A. Fenech (1), E. Mallia, M. Brimmer, B. Zammit, J. Borg Tabone

Sliema: N. Grixti, M. Soler, L. Galea (3), D. Rizzo, J. Cassar (2), B. Cachia (2), P. Tabone, S. Engere (2), G. Gatt, J. Chircop (1), T. Camilleri, D. Zammit, A. Theuma, J. Sciberras (1), L. Camilleri Bowman

Referees: Ronnie Spiteri, Peter Balzan

BIRŻEBBUĠA FREEPORT….. .5

SIRENS……………………………….. 21

(2-4), (1-6), (1-6), (1-5)

Sirens kisbu r-raba’ rebħa minn ħames logħbiet u kkonsolidaw posthom mal-ewwel tlieta. Logħba bla storja li fiha d-differenza bejn iż-żewġ timijiet kienet evidenti u Birżebbuġa ftit setgħu jagħmlu biex iwaqqfu lil Sirens.

Doppjetta ta’ Matthias Azzopardi spikkat fl-ewwel sessjoni li fiha Sirens kellhom vantaġġ doppju f’żewġ okkażjonijiet. Ħames gowls konsekuttivi fit-tieni sessjoni kabbru l-vantaġġ għal 9-2 u l-logħba ħadet żvolta oħra.

It-tim ta’ Ranko Perovic kompla jsaħħaħ il-vantaġġ, b’Azzopardi jiskorja tliet gowls oħra b’mod konsekuttiv u għamel l-iskor 16-4. Fl-aħħar sessjoni, il-plejers ta’ Sirens setgħu anki skorjaw aktar milli skorjaw iżda tilfu d-dixxiplina fil-logħob u żbaljaw aktar fl-attakk.

Birżebbuġa: M. Sladden, S. Bezzina (1), N. Cassar, J. Cauchi, N. Fenech, M. Manara, W. Mizzi, I. Galea, D. Farrugia (1), M. Cutajar (1), G. Mannino (2), M. Curmi, S. Livori, D. Incorvaja, J. Abdilla

Sirens: M. Bonello DuPuis, P. Serracino (2), K. Erdogan (1), P. Borg, J. Zerafa Gregory (3), J. Cachia (4), M. Chircop (2), I. Riolo, K. Agius (1), G. Farrugia (1), T. Perici Ferrante, M. Azzopardi (5), I. Schembri, M. Ortoleva (2), W. Ruggier

Referees: Alex de Raffaele, Stefan Licari

Logħob li jmiss

Illum

Exiles v Valletta 6.30pm

Marsaskala v San Ġiljan 7.40pm