Sport Sport Ieħor

Futsal: Rebħa kbira għal University of Malta ACJ Group fuq Gżira United Santa Margerita Futsal

University of Malta ACJ Group komplew bis-serje ta’ riżultati pozittivi dan l-istaġun wara li rebħu s-seba’ partita konsekuttiva. Huma ftit tħabtu biex għelbu bl-iskor kbir ta’ 11-0 lil Gżira United Santa Margerita Futsal.

Iċ-champions Luxol baqgħu jżommu t-tieni post tal-klassifika wara li għelbu lil Marsaskala Futsal 5-2 filwaqt li fl-iktar partita mistennija, Żurrieq Bormla komplew bl-isfida tagħhom fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika wara li għelbu lil Ta’ Xbiex Futsal 10-3.

Swieqi United baqgħu jżommu l-pass mat-timijiet tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika wara li għelbu lil Sliema Futsal 13-1.

Birżebbuġa St Peter’s Futsal kisbu tliet punti ferm importanti għall-klassifika tagħhom wara rebħa ta’ 9-4 kontra s-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena.