Ottubru kien xahar li fih kien irreġistrat tnaqqis fl-għadd ta’ persuni mingħajr impjieg. Dan meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.
Iċ-ċifri tal-qgħad ħarġu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), fejn intqal illi r-rata tal-qgħad kienet taʼ 2.5 fil-mija – fl-istess livell meta mqabbel max-xahar taʼ qabel, iżda bi tnaqqis taʼ 0.3 punti perċentwali fuq Ottubru tal-2022.
Skont l-NSO, l-għadd taʼ nies qiegħda kien taʼ 7,613.
L-għadd taʼ żgħażagħ qiegħda, aġġustat għall-effetti tal-istaġun, ammonta għall-2,007. Mentri l-għadd taʼ nies qiegħda li kellhom bejn il-25 u l-74 sena ammontaw għal 5,606.
FʼOttubru 2023, ir-rata tal-qgħad għall-irġiel kienet taʼ 2.4 fil-mija, u bʼhekk naqset bʼ0.1 punti perċentwali meta mqabbla max-xahar taʼ qabel.
Sadattant, ir-rata ta’ nisa bla xogħol kienet taʼ 2.6 fil-mija, u bʼhekk baqgħet fl-istess livell meta mqabbla maʼ Settembru 2023
//= $special ?>