Internazzjonali Temp

Il-borra u t-temp estrem joħloq kaos fin-naħa ta’ fuq tar-Renju Unit

It-temp estrem fir-Renju Unit wassal għall-għeluq ta’ ħafna toroq, hekk kif l-awtoritajiet ħarġu twissija minħabba x-xita qawwija u l-borra kontinwa li nieżla.

L-Uffiċċju Meterjoloġiku ħareġ bi twissija għal diversi zoni, inkluż ‘Yellow Warning’ għall-Iskozja.

Bosta nies ġew avżati sabiex jippreparaw għal kundizzjonijiet perikolużi li jistgħu jiżviluppaw llum jekk tinżel il-borra u jiffurmaw irqajja tas-silġ.

Il-Pulizija f’North Yorkshire avżaw lis-sewwieqa sabiex ikunu konxji mit-toroq li ingħalqu. Uħud mit-toroq u servizzi ferrovjarji għandhom jiġu affettwati u b’hekk xi vjaġġi se jispiċċaw jitilqu tard.

It-temperaturi matul il-jum se jkunu taħt l-10 gradi, filwaqt li matul il-lejl għandhom jippersistu t-temperaturi baxxi fil-maġġor-parti tal-Ingilterra u l-Iskozja.