Lokali Parlament

Il-gvern m’għandux ir-rieda li jiddefendi lill-ġurnalisti


Claudette Buttigieg, PN


Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li l-Gvern Laburista m’għandux aptit jiddefendi lill-ġurnalisti u m’għandux ir-rieda li jgħaddi l-liġijiet li jiddefendu lill-ġurnalisti. M’hemmx interess li dan il-pilastru jissaħħaħ fil-pajjiż, sostniet id-deputat Nazzjonalista.


F’Ġunju 2022 il-gvern kien ħatar kumitat biex janalizza s-sitwazzjoni tal-media f’Malta. Dan il-kumitat kien ippreżenta rapport b’rakkomanazzonijiet lill-gvern li kien ressaq numru ta’ liġijiet. Dawn il-liġijiet kienu deskritti bħla insult. F’Ottubru 2022 l-istess kumitat kien appuntat biex iressaq ‘il quddiem dan il-liġijiet. Dwar dan, kien hemm rapport ieħor li ħareġ fl-2023. Fil-konklużjoni dan ir-rapport jingħad li rifoma fil-media sseħħ meta l-media tkun kontabbli, demokratika u indipendenti mill-partiti.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li sal-lum is-sitwazzjoni hi ferm differenti minn dik mistennija. Dwar is-SLAPP, il-gvern għadu m’għamel xejn biex il-ġurnalisti jkunu protetti minn kawżi li jistgħu jsiru.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-awtoritajiet fetħu 40 kawża fil-qorti kontra t-talba tal-libertà ta’ informazzjoni li għamel The Shift. L-intenzjoni ta’ dawn il-kwżi hi li l-ġurnalisti ta’ The Shift jinġiebu għarkubtejhom. Dan hu ħela ta’ ħin u riżorsi b’intenzjoni li l-ġurnalisti joqgħodu attenti x’jiktbu. Internazzjonalment din hi sitwazzjoni komuni f’ħafna pajjiżi.


Id-deputat Nazzjonalista semmiet il-każ tal-qtil ta’ Bernice Cassar u qalet li r-rapport tal-inkjesta dwar dan il-qtil jispeċfika li hemm maġistrat waħda li tisma’ l-kawżi ta’ vjolenza domestika bil-konsegwenza li l-kawżi mhux qed jinstemgħu fiż-żmien raġonevoli u li d-differimenti ta’ sentejn huma problematiċi. Claudette Buttigieg kkwotat partijiet mill-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport u qalet li din hi problema ta’ kemm l-awtoritajiet se jkunu effettivi.


Hi semmiet il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u qalet li hu perikoluż li l-liġi tintuża bħala arma u spjegat kif il-ġurnalisti llum m’humiex isibu ħajt ta’ kemm.