Internazzjonali Knisja

Il-Papa b’diffikultà biex jaqra d-diskors tiegħu hekk kif saħħtu għadha batuta

Il-Papa Franġisku kellu jikkanċella l-vjaġġ tiegħu f’Dubai għal-konferenza tal-COP28 wara li t-tobba talbuh biex ma jmurx minħabba problemi fil-pulmun.

Kelliema għall-Vatikan qalu li jinsab aħjar, iżda l-Papa ammetta li kien għadu ma fieqx sew sabiex ikun jista’ jaqra d-diskors tiegħu u b’hekk tagħlab lil xi ħadd ieħor biex jagħmilhu xogħlu.

Minkejja li xi ħadd ieħor qara d-diskors, il-Papa xorta waħda lissen xi ftit kliem lejn l-aħħar biex jagħti s-sapport tiegħu rigward il-gwerra li għaddejja bħalissa bejn l-Israel u l-Hamas. Żied jgħid illi jitlob sabiex kull ostaġġ jinħeles u jkollhom aċċess għal-għajnuna rigward saħħithom.

Matul it-tmiem tad-diskors li ntqal l-Erbgħa, artisti taċ-ċirku telaw fuq il-palk sabiex jagħtu spettaklu lil Papa. Hu kien grazzjuż ħafna ta’ dan l-att u stqar kif iċ-ċirku jesprimi ferħ sempliċi.

Skont il-Vatican il-Papa Franġisku għamel CT scan u rriżulta li qed isoffri minn pneumonia.