Lokali Parlament

Il-parlament jerġa’ jibda tard minħabba t-traffiku


Għat-tieni dabra fi ftit ġimgħat, il-parlament Malti kellu jibda tard minħabba t-traffiku.


Dan għall-fatt li l-Minisru tal-Ġustizzja Jonathan Attard weħel fit-traffiku u ma kienx fil-ħin meta s-seduta ta’ dalgħodu kellha tibda; fid-9 am.


Din is-sitwazzoni wasslet biex l-Aġent Speaker tal-Parlament David Agius kellu jissospendi s-seduta sakemm il-Mnistru tal-Ġustizzja wasal il-parlament u daħal fil-Kamra. Dalgħodu l-parlament kien qed jiddiskuti l-estimi tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard kien il-kelliem ewlieni għall-gvern f’dan id-dibattitu.


Is-seduta parlamentari bdiet wara kważi 20 minuta.