Iżrael qal li t-truppi tiegħu wettqu rejd intensiv fuq il-kamp tar-refuġjati f’Jenin li jingħad li sar bażi għall-elementi barranin li jinsabu fi gwerra mal-Iżraeljani.
L-aħħar rapporti mix-Xatt tal-Punent okkupat qalu li talanqas żewġ ‘terroristi’ ewlenin’ spiċċaw maqtula fost konfronti mas-suldati fil-kamp inkwistjoni.
L-Awtorità Palestinjana, fl-istess ħin, qed tgħid li nqatlu żewġt itfal waqt l-isparar f’Jenin għalkemm dan ma setax ikun ikkonfermat mis-sorsi indipendenti.
Dan meta l-Iżraeljani beħsiebhom ikomplu bl-azzjonijiet bil-ħsieb li jeqirdu allegati ‘bejtiet tat-terroristi’ fix-Xatt tal-Punent u meta Iżrael anki qed jikkonċentra fuq l-iżviluppi delikati fil-Medda ta’ Gaza.
//= $special ?>