Lokali

“Kull ċittadin għandu jingħata d-dinjità u r-rispett li verament jixraqlu” – PN

Il-Partit Nazzjonalista minn dejjem emmen u għadu jemmen lil kull ċittadin Malti u Għawdxi għandu jingħata d-dinjità u r-rispett li verament jixraqlu.

Dan kien il-qofol tal-messaġġ li wassal il-Partit Nazzjonalista waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizza mid-Deputati Paula Mifsud Bonnici u David Agius.

Il-kelliem għall-anzjanità attiva Paula Mifsud Bonnici qalet fil-Budget li tressaq ftit tal-ġimgħat ilu, il-Gvern prova jagħti l-impressjoni li l-Gvern m’għandux problemi fis-settur tal-politika soċjali u li l-anzjani huma kuntenti.

Hija semmiet kif pajjiżna għandu Gvern li ma qalilniex li kien lest jagħti eluf ta’ ewro lil Rosianne Cutajar u iktar minn 400 miljun ewro lil Vitals u Steward imma mhux lill-anzjani. Dan wasal biex illum il-ġurnata l-anzjani qed jispiċċaw iqattgħu sighat twal jistennew fl-Emerġenza, jitpoġġew fl-agħar wards fl-Isptar u ma jaffordjawx jixtru l-mediċini li għandhom bżonn għax ma jinsaqbux fuq il-formolarju tal-Gvern,  

Paul Mifsud Bonnici semmiet ukoll kif fil-Budgetr ma ssemma xejn dwar proġetti ġodda għall-anzjani kif ukoll edwar servizzi ġodda fil-komunità. B’kuntrast għal dan, il-Partit Nazzjonalista ilu żmien twil jitkellem dwar il-bżonn li jkun hemm iktar carers għall-anzjani u li dawn ikunu iktar imħarrġa.

Budget li wiegħed li se jitkomplew ix-xgħolijiet fid-Djar tal-Anzjani kemm tal-Imsida kif ukoll ta’ Bormla imma jidher li sa issa għadu ma sar assulutament xejn,

Min-naħa tiegħu l-Kelliem għall-Politika Soċjali David Agius qal lil dan kien Budget li ma ħasibx għar-riforma li kienet saret fil-passat biex il-pensjonijiet ikunu sostenibbli. Fejn f’10 snin, Gvern Laburista  m’għamel xjn u issa għandu ġenn kbir f’dan is-settur.

Huwa fakkar kif il-pensjoni żdiedet b’mod sħiħ u mhux b’żewġ terzi grazzi għall-Gvern Nazzjoalista li kien ta ż-żieda  sħiħa.

David Agius tkellem dwar statistika maħruġa mill-Unjoni Ewropea li turi li f’Malta għandna iktar minn 100,000 ruħ li jinsabu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali… fejn minn dawn iktar minn 31,000 li huma anzjani.

Fatt inkwetanti ieħor huwa li statistika ppubblikata mill-YMCA li kienet ukoll sostnunat mill-Università uriet li 40 tifel u tifla m’għandhomx saqaf fuq rashom. U quddiem dan kollu għandna gvern li mhux qed jagħmel biżżejjed.

Huwa rrefera wkoll għal statistika li kienet ippreżentata fil-Parlament li turi li bħalissa hemm iktar minn 2,000 każ pendenti ta’ vjolenza domestika fil-Qrati ta’ pajjiżna.  

Ma naqasx li David Agius jitkellem ukoll dwar iċ-ċertifikat iswed tal-Gvern f’dan is-settur… dak tal-iskandlu tal-benefiċċji soċjali li jammonta għal iktar minn 2 miljun ewro.