Il-41 ħaddiem li, nhar it-Tlieta, kienu salvati wara 17-il jum maqbudin f’mina taħt l-art qegħdin jirkupraw l-isptar fost rapporti li għandhom il-moral għoli wara din l-esperjenza tal-biża.
Il-ħaddiema kienu spiċċaw mingħajr aċċess ‘il barra mill-mina meta, fit-12 ta’ Novembru, parti mill-mina krollat waqt valanga tal-art fl-inħawi ta’ Uttarkashi. Intant, l-impenji tal-emerġenza biex jinħelsu l-ħaddiema faċċjaw diversi intoppi u diffikultajiet sakemm ittella l-aħħar raġel minn taħt l-art.
Hu rari li sitwazzjoni bħal din tintemm b’wiċċ il-ġid u l-pajjiż kollu qed jiċċelebra r-riżultat tal-isforzi tas-salvataġġ wara li l-ħaddiema ttellgħu minn pajp dejjaq – li tniżżel qalb ir-radam għal fuq il-bokka tal-mina — waqt proċess li, fil-parti kbira, kellu jitmexxa fi dlam ċappa.
Bħalissa wkoll, l-Indja għadha qed ixxandar il-filmati tal-ħaddiema ħerġin bi tbissima mill-mina u fejn qed jieħdu b’idejn in-nies preżenti fost il-ferħ ta’ qrabathom li kienu kważi qatgħu qalbhom li jerġgħu jarawhom ħajjin.
//= $special ?>