Triq f’Tas-Sliema se tkun qed tissemma għall-eks Deputat Nazzjonalista u eks Sindku ta’ din il-lokalità Robert Arrigo li tilef ħajtu f’Ottubru tas-sena li għaddiet.
Id-deċiżjoni li kienet ippublikata fil-gazzetta tal-Gvern, kienet approvata mill-Kumitat tal-Gvern li jieħu ħsieb l-ismijiet tat-toroq u kienet imħabbra mill-Kunsill Lokali llum stess.
It-triq li se tissemma għal Robert Arrigo hija Triq Tignè li tinsab bejn Triq Ċensu Scerri u Triq St Anthony.
//= $special ?>