Sport Waterpolo

Valletta jirbħu b’gowl fl-aħħar minuta … San Ġiljan jibqgħu b’punti massimi

EXILES WELBEE’S………… 10

VALLETTA IZIBET…………. 11

(3-2), (3-2), (2-3), (2-4)

Gowl lejn it-tmiem ta rebħa importanti lil Valletta Izibet f’logħba li għal ħafna minnha kienu minn taħt. Konfront bilanċjat li minnu Exiles dehru li setgħu jiksbu t-tliet punti iżda l-Beltin baqgħu qrib tul il-logħba kollha sakemm kisbu r-rebħa fl-aħjar mument.

Gowls ta’ Max Aquilina u Matteo Martellacci taw vantaġġ minimu lil Exiles fl-ewwel sessjoni. Dan id-distakk kiber għal 6-3 fit-tieni sessjoni sakemm gowls ta’ Jacob Saliba u Matthew Mifsud fit-tielet sessjoni naqqsu d-distakk għal 6-5.

Exiles f’żewġ okkażjonijiet kabbru d-distakk għal żewġ gowls iżda Valletta żammew il-gowl distakk. Mifsud skorja l-ħames gowl personali u għamilhom 8-8 fil-bidu tal-aħħar sessjoni. Simili bħat-tielet sessjoni, Exiles pruvaw jibnu vantaġġ iżda Valletta baqgħu gowl biss minn taħt, b’Kieyan Borg jiffinalizza r-rimonta Beltija bil-gowl tar-rebħa fl-aħħar minuta.

Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari, Z. Micallef, D. Pace Lupi, M. Martellacci (3), M. Paris Roding, M. Fenech, K. Griscti (2), L. Pursehouse, K. Tanti (1), M. Aquilina (3), N. Saliba (1), F. Buhagiar

Valletta: B. Busuttil, S. Mallia (1), M. Naudi, J. Farrugia (1), S. Busuttil, M. Demarco, M. Mifsud (5), J. Saliba, K. Borg, A. Agius, J. Culic, K. Cremona, A. Bugeja

Referees: Massimo Angileri, Peter Balzan

MARSASKALA ESC……………… 5

SAN ĠILJAN JP PROJECTS… 12

(2-1), (1-4), (0-3), (2-4)

San Ġiljan wieġbu għar-rebħa ta’ Sliema 24 siegħa qabel biex huma wkoll kisbu l-ħames rebħa minn ħames f’din l-edizzjoni tal-Enemed Cup. Il-Ġiljaniżi kkontrollaw mingħajr qatt laħqu l-potenzjal massimu tagħhom, bil-kowċ Zeljko Kovacic ma jutilizzax l-aħjar elementi l-ħin kollu.

Marsaskala rebħu l-ewwel sessjoni 2-1 b’gowls ta’ Kyle Navarro u Gerald Sammut, b’Shailon Cutajar kien ġab id-draw momentarjament. San Ġiljan marru fil-vantaġġ għall-ewwel darba fit-tieni sessjoni b’doppjetti ta’ Andreas Galea u Nikolai Zammit. Sammut naqqas id-distakk b’gowl sabiħ lejn tmiem it-tieni sessjoni.

San Ġiljan inqatgħu ftit minn mal-avversarji fit-tielet sessjoni bi tripletta tal-captain Matthew Zammit. Fl-aħħar sessjoni spikka ż-żagħżugħ Nathan Bonavia b’doppjetta hekk kif San Ġiljan baqgħu jikkontrollaw filwaqt li Marsaskala wieġbu b’gowls sbieħ ta’ Jake Ciantar u Kieran Grech.

Marsaskala: A. Muscat, G. Bonavia, G. Galea, J. Pace Mizzi, M. Agius, E. Bilgrin, K. Navarro (1), M. Farrugia, K. Grech (1), G. Sammut (2), J. Ciantar (1), M. Carani, M. Borg, L. Montebello Brownrigg, J. Colombo

San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli, A. Galea (3), N. Bonavia (2), R. Caruana, M. Zammit (3), J. Bonavia, D. Tully, J. Abela, N. Zammit (3), D. Zammit, N. Schiavone, G. Borg, S. Cutajar (1), A. Formosa

Referees: Juana Cauchi, Alex De Raffaele

Klassifika wara ħames logħbiet

San Ġiljan 15-il punt, Sliema 15-il punt, Sirens 12-il punt, Valletta 9 punti, Neptunes 6 punti, Exiles 3 punti, Marsaskala 0 punti, Birżebbuġa 0 punti

Logħob li jmiss

Is-Sibt 2 ta’ Diċembru

Marsaskala v Neptunes   2.45pm

Valletta v Sliema             3.55pm

San Ġiljan v Sirens         5.05pm

Exiles v Birżebbuġa        6.15pm