L-Avukat Ġenerali ddeċidiet li tpoġġi l-grupp ta’ El-Hiblu 3 taħt att ta’ akkużi, fosthom akkużi ta’ terroriżmu. It-Times of Malta rrapurtat li d-deċiżjoni, saret aktar kmieni dan ix-xahar, meta l-prosekuturi bdew numru ta’ akkużi kontra Amara Kromah, Abdul Kader u Abdalla Bari.
Il-ġuvintur kellhom biss 15, 16 u 19-il sena rispettivament meta kienu parti minn grupp ta’ 108 persuna salvati mit-tanker El-Hiblu fl-2019. Jidher li allegatament kien hemm kommossjoni sħiħa wara li dawn ntebħu li kienu se jittieħdu lura l-Libja,u għalhekk ħatfu t-tanker li li spiċċa fi triqtu lejn lejn Malta. Madanakollu t-tanker ġie interċettat mill-Forzi Armati ta’ Malta, li ttrattaw il-każ bħala hijack u t-tlett żgħażagħ bħala dawk responsabbli għalih.
Kader ilu nieqes mis-sajf li għadda u huwa mifhum li aktarx ħarab minn Malta.
//= $special ?>