Raġel Użbeki se jiġi deportat wara li ammetta fil-qorti li uża ftehim ta’ kiri falsifikat biex japplika għal permess ta’ residenza. Rakhmon Giyasitdinov ta’ 45 sena, residenti San Ġiljan, tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit mill-ispettur Eman Hayman, wieġeb ħati li għamel dikjarazzjoni falza lill-awtoritajiet u xjentement għamel użu minn dokument falsifikat.
Huwa nstab ħati fuq l-ammissjoni tiegħu stess. Il-Qorti ordnat id-deportazzjoni immedjata tiegħu, fid-dawl ta’ dan, ma ngħatax sentenza ta’ ħabs, minflok ġie kkundannat għal sena ħabs, sospiżi għal sentejn. L-Avukat Mattia Felice assista lill-imputat
Deportat fuq ftehim ta’ kiri falsifikat
