Internazzjonali

Henry Kissinger: Imut wieħed mill-akbar personaġġi mill-era tal-Gwerra Bierda

S

Miet l-eks-Segretarju tal-Istat Amerikan Henry Kissinger li jibqa’ imsemmi fost l-aktar uffiċjali Amerikani li kellhom sehem importanti fit-tiswir tal-ġeopolitika  fi żmien mill-aktar kruċjali u sensittiv għad-dinja.

Kissinger, li miet fl-età ta’ 100 sena, kien strumentali fil-politika barranija tal-Istati Uniti waqt l-eqqel tal-Gwerra Bierda mal-eks-Unjoni Sovjetika u meta, matul is-snin sebgħin, kien l-ogħla diplomatiku u konsulent dwar is-sigurtà nazzjonali għall-eks-Presidenti tal-Istati Uniti Richard Nixon u Gerald Ford. 

Wara li temm is-servizz, Kissinger, imwieled il-Ġermanja. xorta baqa’ imfittex għall-konsultazzjonijiet mill-ġenerazzjonijiet suċċessivi ta’ Mexxejja Amerikani. Intant, Kissinger jibqa’ kontroversjali għall-istil politiku tiegħu, bil-kritiċi jixlu lilu u lill-eks President Nixon dwar reat ta’ gwerra b’konnessjoni mal-bumbardamenti fuq il-komunisti Vjetnamiti fil-Kambodja.

Kissinger  kien ukoll ikkritikat talli, fi żmienu bħala Segretarju Ġenerali Amerikan, enfasizza r-rivalità ta’ pajjżu mal-eks Unjoni Sovjetika aktar milli l-inizjattivi lejn rispett akbar għad-drittijiet umani,

L-akkużi referew ukoll għall-‘appoġġ minn Kissinger’ għal numru ta’ reġimi ripressivi madwar id-dinja, inklużi l-eks Ġunta tal-Ġeneral Augusto Pinochet fiċ-Ċile.