Claudette Buttigieg, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li hu tajjeb li kien hemm ċelebrazzjonijet tal-Europride f’Malta iżda jeħtieġ li ssir analiżi tal-liġijiet u l-mod kif dawn qed ikunu implimentati fil-kuntest tal-persuni kollha f’Malta.
Id-deputat Nazzjonalista sostniet li għad hawn nies fl-awtoritajiet li ma jafux li qed jieħdu deċiżjonijiet li huma anti-kostituzzjonali fil-konfront ta’ persuni li jkunu bidla l-identità tal-ġeneru; għalhekk jeħtieġ kampanji edukattivi ta’ għarfien.
Id-deputat Nazzjonalista appellat għal reviżjoni ta’ ċertu liġijiet u staqsiet jekk l-emendi li saru hux qed ikunu implimentati. Hi semmiet il-persuni li bidlu l-identità tagħhom u qalet li ċertu dipartimenti xorta għadhom jibgħatulhom il-korrispondenza bl-identità li kellhom qabel.
Dwar il-vjolenza domestika, id-deputat Nazzjonalista qalet li anki l-vjolenza permezz tal-media soċjali għandha tingħata attenzjoni.