Il-Kunċert Annwali fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Cecilja organizzat mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda din is-sena ser jittella’ nhar il-Ħadd 3 ta’ Diċembru fis-7pm fit-Teatru Manoel, taħt il-patroċinju tal-E.T. George Vella, President ta’ Malta.
Il-Kunċert Mużikali se jittella mill-Banda Ċittadina Sliema taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Lesley Tabone.
Din is-sena l-kuncert se jimmarka il-100 Sena Anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà Filarmonika Sliema li kien iċċelebrat matul din is-sena.
Il-mużika li se tindaqq hija waħda impenjattiva ferm, kemm ta’ kompożituri lokali bħal l-ex surmastrijet diretturi tal-Banda Sliema Joseph Galea u Ronnie Debattista u oħrajn b’rabta ma’ din is-soċjetà Joseph Magri u Joseph Sammut, kif ukoll barranin bħal Gustav Mahler, Lorenzo Pusceddu, Willy Hautvast, Alexander Borodin, Jacob De Han u Cardenio Botti, kompożitur tal-popolari Inno Sliema bic-Celebre Marcia rregalata minnu lil din is-Soċjetà.
Id-dħul għal dan il-kuncert huwa mingħajr ħlas u l-biljetti jistgħu jinkisbu billi wiehed iċempel fuq 99443460 jew 99447434 jew email lis-Soċjetà Filarmonika Sliema fuq bandasliema@gmail.com.
Il-Programm kollu li se jindaqq huwa dan :
- Sogno – Joseph Magri
- Celebria Marcia – Cardenio Botti
- 3rd Symphony Finale – Gustav Mahler
- Overture Solenne – Lorenzo Pusceddu
- Sinfonia Italiana – Willy Hautvast
- Marcia Sinfonica 100 Sena Soc. Fil. Sliema – Joseph Galea
- Approaching New Horizon – Ronnie Debattista
- Oregon – Jacob De Haan
- Prince Igor – Alexander Borodin
- Op 50 : L-Assedju l-Kbir ta’ Malta – Joseph Sammut
- Inno Sliema – Cardenio Botti
- Innu Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda – Carmelo Caruana
- Innu Malti