Lokali Parlament

Is-sistema tal-ġustizzja ma tappoġġjax lil min ikun irriforma ħajtu


Mark Anthony Sammut, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut sostna fil-parlament li s-sistema tal-ġustizzja ma tappoġġjax lil min ikun irriforma ħajtu.


Mark Anthony sammut qal li l-Ministru tal-Intern iġorr ir-responsabbiltà tal-imwiet fil-ħabs, tal-każi ta’ vjolenza domestika u tal-mewt ta’ tifla ta’ erba’ snin li tħalliet bil-għatx f’nofs ta’ baħar.


Hu tkellem dwar kif il-ġustizzja mhix taħdem iżda qed toħloq iktar inġustizzji. Id-deputat Nazzjonalista qal li kien mistieden jattendi proġett ta’ riċerka f’Malta li sar b’fondi Ewopew dwar il-panneli solari.


Mark Anthony Sammut qal li waqt li kien qed jiġu muri l-apparat qalulu li dan is-sifortware kien żvilupapt kollu minn priġunier li kemm ilu l-ħabs biddel ħajtu, gradwa bħala inġinier u beda Masters. Hu qal li kien iltaqa’ ma’ dan il-priġunier biex jagħmillu kuraġġ iżda f’din il-laqgħa hu kien tgħallem kemm is-sistema tal-ġustizzja hi difettuża fil-pajjiż.


Id-deputat Nazzjonalista kompla li n-numru ta’ każi pendenti fil-qrati jeffettwaw lin-nies; is-sistema qed tikkollassa. Dan id-dewmien fisser li ftit żmien wara li dan il-priġunier kien ħareġ mill-ħabs, kellu jerġa’ jidħol għax wara li rranġa ħajtu, reġa’ tressaq dwar reati li kien wettaq 11 u 13il sena qabel.


L-MCAST keċċewh minħabba kondotta imċappsa. Meta terssaq minn dawn ir-reati, l-Avukat Ġenerali ressqithom separati għax dan ma kinx wieħed minn dawk il-kriminali l-kbar li kontriehom ma jittieħdux passi. Dan ir-raġel kellu jipprova jfiehem lit-tfal li jridu jerġgħu jinfirdu minn miegħu. It-tfal tiegħu staqsew kif missierhom kien sejjer il-ħabs għal każi li wettaq qabel twieldu huma. Iktar minn dawn, wara li kien qed jipprova jibni ħajtu, dan ir-raġel għad irid jitressaq fuq każ ta’ 11-il sena ilu. Din x’ġustizzja hi? X’qed tieħu s-soċjetà minn dan kollu?


Mark Anthony Sammut qal li l-kumpensi mhumiex biżżejjed iżda għandu jku hemm rimedji tassattivi. L-ebda kumpens mhu se jġib lura ħajtu. Hu apella għal policies favur dawk li jridu jirriformaw lilhom innfushom.