Lokali

It-tielet edizzjoni tal-PLAYCON fi tmiem il-Ġimgħa f’Ta’ Qali

Fi tmiem din il-ġimgħa tirritorna il-PLAYCON Expo fl-MFCC Ta’ Qali – it-tielet edizzjoni ta’ dan l-avveniment, deskritt bħala l-post ideali għal dawk li jħobbu t-teknoloġija u l-videogaming.

Matul dawn il-jiem mistennija jiġu organizzati tournaments tal-e-sports li jvarjaw minn League of Legends għal Counter-Stike 2, minn Mario Kart 8 Deluxe għal Tekken 7 u EA SPORTS FC.

Dan filwaqt li mistennija wkoll kompetizzjoni ta’ Cosplay – bil-parteċipanti jinbidlu fil-karattri tal-logħob favorit tagħhom – fejn jistgħu jieħdu sehem kemm b’mod individwali u anke grupp.

Fost il-kategoriji għal din il-kompetizzjoni hemm Best Make-Up, Best-Prop, Best in Catwalk, u Best Youth Crafter…għaż-żgħażagħ li għandhom bejn it-13 u 17-il sena.

Intant hemm l-opportunità wkoll għall-iżviluppaturi tal-gaming lokali u mhux biss sabiex jeżebixxu l-logħob tagħhom waqt din l-expo.