Raġel fuq libertà proviżorja għal reati tad-droga ġie reġa’ spiċċa arrestat talli kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja wara li ammetta għal diversi serqiet. Jovan Todorovic ta’ 47 sena, xufier mis-Serbja rċieva sentenza sospiża talli matul ix-xahar ta’ Novembru wettaq diversi serqiet minn supermarket fil-Mellieħa, li kienu aggravati bil-valur tal-oġġetti misruqa.
Huwa kien mixli wkoll li fit-28 ta’ Novembru wettaq serq sempliċi mill-istess supermarket. Todorovic ffaċċja wkoll aktar akkużi relatati li naqas li juri li kien ipprova jaqla l-għajxien u li kiser il-kundizzjonijiet tal-pleġġ mogħtija lilu f’Jannar 2021 fuq akkużi relatati mad-droga.
Il-Ħamis huwa tressaq quddiem il-maġistrat Claire Stafrace Zammit, Todorovic fejn l-ewwel ammetta iżda ftit wara irtira l-ammissjoni tiegħu tal-ħtija, iżda wara li kkonsulta mal-avukat tiegħu hu reġa’ ammetta l-akkużi.
Hu semma proċeduri oħra, li għadhom għaddejjin, li jinvolvu lil martu li m’għadux f’relazzjoni magħha u lil bintu ż-żgħira. B’Ingliż mkisser, huwa qal lill-maġistrat li martu ma kinitx wieġbet telefonati mingħandu aktar kmieni din il-ġimgħa, iżda l-Qorti rrimarkat li dan bl-ebda mod ma jiġġustifika r-reati tiegħu.
L-avukat tiegħu spjega li Todorovic ried ikun jaf jekk jistax jitlef id-depożitu kollu tal-pleġġ u ma jerġax jiġi arrestat jekk iwieġeb ħati. Il-Qorti qalet li dan ma kienx possibbli. Wara li aċċerta li l-imputat fehem ir-riperkussjonijiet jekk jammetti l-ħtija ta’ dawn l-akkużi, u kien hawn li għamel dikjarazzjoni ta’ ħati.
Huwa kien ikkundannat għal sena ħabs, li ġiet sospiża għal sentejn. Il-Qorti revokat ukoll il-libertà proviżorja, u ordnat il-konfiska tad-depożitu ta’ €3,000 tiegħu flimkien mal-arrest mill-ġdid tiegħu. Huwa ġie ordnat ukoll iħallas €430 f’danni fi żmien sitt xhur. L-Avukat Joseph Camilleri Azarov u l-Ispettur Warren Galea mexxew il-prosekuzzjoni. L-avukat Mattia Felice kien l-avukat difensur.