Bħallum 37 sena ilu seħħew uħud l-agħar attakki fuq il-libertà tal-espressjoni meta ġew attakkati partitarji Nazzjonalisti sempliċiment għaliex kienu sejrin jipparteċipaw f’mass meeting fiż-Żejtun, li ġie organizzat mill-PN.
Kien eżatt bħallum fl-1986 meta pajjiżna għadda minn episodju iswed; u dak li seħħ dakinhar kien il-preludju għall-qtil politiku ta’ Raymond Caruana li seħħ ftit jiem wara.
Eluf ta’ Maltin u Għawdxin dakinhar f’tal-Barrani intlaqgħu bil-gass tad-dmugħ u ġew intimidati u mwaqqfa milli jattendu mass meeting tal-Partit Nazzjonalista. Imma l-vjolenza ma rebħitx, u minflok rebħet il-perseveranza.
Tant li fis-sena ta’ wara, il-Partit Nazzjonalista rebaħ elezzjoni ġenerali li biddlet b’mod radikali l-andament tal-istorja ta’ pajjiżna – meta Malta saret stat modern u demokratiku, li joffri xogħol, edukazzjoni mill-aqwa u kwalità ta’ ħajja.
//= $special ?>