Lokali Parlament

L-estetika fil-bini għandha tkun prijorità


Rebekah Borg, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Rebekah Borg qalet fil-parlament li estetika fil-bini għandha tkun prijorità.


Rebekah Borg qalet li l-ippjanar u l-kostruzzjoni huma importanti minħabba d-daqs u l-ispazju fil-pajjiż. Il-liġi trid tkun ippajnat b’reqqa u tħares lejn il-futur, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li kulħadd irid japplika għall-iżvilupp għalkemm hemm dipartimenti li qed jevitaw li japplikaw għax jużaw l-eċċezzjoni fil-liġi dwar xogħlijiet ta’ emerġenza. Il-problema hi dwar jekk hemmx bżonn ta’ permess għal ċertu xogħlijiet u dwar dan hemm problemi dwar id-definizzjoni ta’ permess.


Id-deputat Nazzjonalsta qalet li l-liġi tagħti l-fakultà li l-iżviluppatur jmur għand il-Bord tal-Ippjanar u jistaqsi jekk għandux bżonn permess; din il-proċedura għandha tkun użata biex ma jkunx hemm każi li jirriżultaw f’tilwim dwar jekk hemmx bżonn permess. Hemm każi ġenwini fejn ikun hemm problemi partikolarment fejn ikun hemm żvilupp żgħir.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-liġi mhijiex ċara partikoalrment dwar strutturi temporanji bħal gradi u sostniet li kien hemm deċiżjonijiet differenti f’dan ir-rigward.


Rebekah Borg sostniet li fil-każ tal-caravans, l-liġi ma ssemmi xejn fuq il-peremss tal-ippjanar. Għad hawn nuqqas ta’ definizzjoni f’dan il-kuntest. Hi semmiet ir-riklami u qalet li minkejja li l-liġi tispeċifika l-bżonn ta’ permess, hemm nuqqas ta’ definizzjoni dwar x’jammonta għal riklam anki fil-kuntest tad-dritt tal-espressjoni. Dan id-ditt għandu jirbaħ fuq il-ħtieġa ta’ permess iżda anki hawn jeħtieġ definizzjoni ċara.


Id-deputat Nazzjonalista kompliet li fl-art agrikla hemm kwistjoni għaliex ħafna art agrikola qed tkun mibjugħa b’ħafna flus minħabba li qed tkun riklamat bħala art għal rikreazzjoni. Hi sostniet li dan iwassal għal bidla fl-użu tal-art u għalhekk għandu jkun hemm bżonn ta’ permess.


Rebekah Borg sostniet li għandu jkun regolamentazzjoni ċara u qalet li hemm eċċezzjoni għal xogħlijiet ta’ emerġezna għas-sigurtà pubblika. Ċertu xogħlijiet qed joħloqu problema minħabba li xi xogħlijiet m’humiex ikkunsidrati bħala emerġenza u qed iisru taħt din il-liġ; anki l-Ombudsman iddikjara ruħu dwar dan fil-każ ta’ Kemmuna.


Hi qalet li l-estetika hi importanti għalkemm mhi tingħata prijorità u sostniet li mhemmx Bord tal-Estetika minkejja li dan kien kienet imwiegħed flimkien ma’ policy. Minkejja dan, għadu ma sar xejn.