Atalanta temmew fl-ewwel post fi Grupp D minkejja li fadal partita oħra x’tintlagħab bir-riżultat li kisbu kontra Sporting CP fil-Gewiss Stadium, bil-partita tintemm fi draw ta’ 1-1.
Kienu La Dea li fetħu l-iskor l-ewwel permezz tal-attakkant prolifiku Gianluca Scamacca li minn suġġeriment ta’ Koopmeiners, qara d-difiża tajjeb u żmarka ruħu biex xeeħt fix-xibka mid-distanza b’xutt b’saħħtu,
It-tim Portuġiż kiseb id-draw fid-59 minuta permezz ta’ Marcus Edwards, l-attakkant laterali Ingliż daħal b’ġirja fil-kaxxa u rċieva tajjeb il-pass ta’ Gyokeres biex ikkonkluda bi preċiżjoni fix-xibka ta’ Musso.
Rebħa konvinċenti għal Liverpool kontra LASK ta’ 4-0 biex matematikament temmew fl-ewwel post ta’ Grupp E.
Żewġ gowls f’kull taqsima, bil-Kolombjan Luis Diaz jiftaħ l-iskor wara 12-il minuta, b’ Cody Gakpo jirdoppja tlett minuti wara.
Fit-tieni taqsima, gowl ta’ Mohammed Salah fil-51 minuta, u gowl ieħor ta’ Cody Gakpo kkonfermaw ir-rebħa meritata tar-reds.
Rebħa minima imma kruċjali għal Brighton barra minn darhom fuq AEK Athens bl-iskor ta’ 1-0.
Joao Pedro skorja l-gowl tant importanti fil-55 minuta biex ikkonferma l-kwalifikazzjoni tas-Seagulls fil-fażi tal-aħħar sittax.
AEK Athens spiċċaw jilagħbu b’għaxra fil-65 minuta meta Mijat Gacinovic akkumula t-tieni karta safra tiegħu.
Fil-partita l-oħra fi Grupp B, Ajax tilfu l-aħħar ċans li kellhom għall-kwalifikazzjoni meta tilfu kontra Marseille bl-iskor ta’ 4-3.
Bla dubju l-iktar partita eċitanti tas-serata, b’ Pierre Aubameyang jiftaħ l-iskor minn penalty wara 9 minuti logħob, b’ Brian Brobbey jikseb id-draw minuta wara b’xutt baxx mill-pass tajjeb ta’ Berghuis.
Marseille fil-vantaġġ għat-tieni darba fis-26 minuta permezz ta’ Chanceel Mbemba li xeħet ġewwa b’daqqa ta’ ras mill-korner ta’ Clauss, biex wara nofsija logħob l-istess Brian Brobbey kiseb id-draw għal darb’oħra.
Marseille komplew jipprovaw jieħdu t-tlett punti kollha, b’ Pierre Aubameyang jerġgħa jixħet ġewwa ftit minuti wara l-bidu tat-tieni taqsima.
Il-plejer li ta l-ewwel suġġeriment lil Brobbey, Stevn Berghuis intwera l-karta ħamra fit-63 minuta biex b’hekk Ajax spiċċaw jilagħbu b’għaxar plejers.
Chuba Akpom kien il-plejer li skorja l-gowl finali ta’ Ajax fid-79 minuta.
Pierre Aubameyang għaqqad il-hattrick personali bil-gowl tar-rebħa fit-93 minuta.
Fi Grupp A, West Ham United u Freiburg ikkonfermaw posthom mal-aħħar sittax b’rebħiet kontra TSC Backa Topola u Olympiacos rispettivament.
Il-Hammers għelbu lil Backa Topola b’ Tomas Soucek għal darb’oħra jkun l-eroj tat-tim meta għat-tielet logħba konsekuttiva sab ix-xibka għall-gowl tar-rebħa fid-89 minuta mill-kross ta’ Cornet.
Fil-partita l-oħra, Freiburg għelbu lil Olympiacos fil-Europa-Park Stadium bl-iskor ta’ 5-0.
Hattrick tal-attakkant Michael Gregoritsch fl-ewwel taqsima kif ukoll gowl ta’ Kiliann Sildilla kważi kkonfermaw ir-rebħa għat-tim Ġermaniż, b’ Ritsu Doan ukoll iniżżel ismu mal-iskorers fis-77 minuta għall-gowl finali.
Fi Grupp C, riżultat sorprendenti hekk kif Sparta Prague għelbu lil Real Betis 1-0 biex żammu t-tammiet ta’ kwalifikazzjoni ħajjien.
Il-gowl wasal fl-54 minuta minn Lukas Haraslin b’xutt bil-lemin mix-xellug jispiċċa fir-rokna t’isfel tal-lemin, mill-assist ta’ Kuchta.
Roma ġew miżmuma minn Servette 1-1, madankollu b’dan ir-riżultat xorta aċċertaw mill-kwalifikazzjoni.
Romelu Lukaku kompla l-forma impekkabli tiegħu meta fetaħ l-iskor wara 21 minuta, meta kkonkluda l-azzjoni personali ta’ Llorente b’xutt kalm fix-xibka.
Servetta għamlu l-iskor indaqs wara 50 minuta logħob permezz ta’ Chris Bedia.
Fil-UEFA Europa Conference League, Lille għelbu lil Olimpija Ljubljana fi Grupp A 2-0 biex għaddew għar-rawnd li jmiss, bl-iskorers ikunu Remy Cabella u Yusuf Yazici.
Fi Grupp C, rebħiet għal Viktoria Plzen fuq Balkani bl-iskor ta’ 1-0, u għal Dinamo Zagreb fuq FC Astana bl-iskor ta’ 2-0.
Viktoria Plzen rebħu l-partit kollha tagħhom s’issa, filwaqt li l-kwalifikazzjoni ta’ Dinamo Zagreb għadha mhux ikkonfermata.
Fi Grupp D, kompliet il-forma ħażina ħafna ta’ Besiktas hekk kif sofrew telfa umiljanti ta’ 5-0 kontra Club Brugge, bil-klabb mill-Belġju jżomm l-ewwel post fil-grupp u jikkwalifika għall-fażi li jmiss.
Aston Villa huwa tim ieħor mill-Premier League li għadda għar-rawnd li jmiss bil-wirja sodisfaċenti li kellhom fir-rebħa kontra Legia Warszawa fejn ħari rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1.
Fi Grupp F, Fiorentina għelbu lil Genk 2-1 biex huma ukoll għaddew għar-rawnd li jmiss wara li matematikament temmew fl-ewwel post tal-grupp.
Minkejja t-telfa sorprendenti ta’ Eintracht Frakfurt kontra PAOK bl-iskor ta’ 2-1, iż-żewġ timijiet huma diġa kkwalifikati minn Grupp G.
UEFA EUROPA LEAGUE
Ilbieraħ
Grupp A:
Freiburg v Olympiacos 5-0
Backa Topola v West Ham 0-1
Grupp B:
Athens v Brighton 0-1
Marseille v Ajax 4-3
Grupp C:
Sparta P. v R. Betis 1-0
Rangers v A. Limassol 1-1
Grupp D:
Atalanta v Sporting 1-1
Strum Graz v Rakow C. 0-1
Grupp E:
Liverpool v LASK 4-0
Toulouse v U. St. Gilloise 0-0
Grupp F:
M. Haifa v Rennes 0-3
Villareal v Panathinakos 3-2
Grupp G:
Sheriff v Slavia Prague 2-3
Servette v Roma 1-1
Grupp H:
Haeckan v B.Leverkusen 0-2
Molde v Qarabag 2-2UEFA EUROPA CONFERENCE LEAGUE
Ilbieraħ
Grupp A:
Klaksvik v S.Bratislava 1-2
O.Ljubljana v Lille 0-2
Grupp C:
Astana v D. Zagreb 0-2
Balkani v V.Plzen 0-1
Grupp D:
Besiktas v C.Brugge 0-5
Bodo/Glimt v Lugano 5-2
Grupp E:
AZ v Z.Mostar 1-0
A.Villa v L.Warszawa 2-1
Grupp F:
Cukaricki v Ferencvaros 1-2
Fiorentina v Genk 2-1
Grupp H:
Nodjaelland v Fenerbahce 6-1
S.Trnava v Lugofrotes R. 1-2
Grupp G:
HJK Helsinki v Aberdeen 2-2
E.Frankfurt v PAOK 1-2
Grupp B:
Breidablik v Maccabi T. 1-2
Gent v Zorya 4-1