Graziella Attard Previ, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ sostniet fil-parlament li jeħtieġ azzjoni immedjata quddiem urġenti quddiem il-vjolenza domestika.
Graziella Attard Previ tkellmet dwar il-vjolenza domestika u qalet li sena wara l-qtil ta’ Bernice Cassar hi li l-istituzzjonijiet għadhom qed ifallu minkejja r-rapport tal-inkjesta.
Is-sitwazzjoni llum marret għall-agħar fejn il-gvern daħħal biss ftit miżuri quddiem din il-problema. Dan minkejja l-wiegħdi li se jiddaħħlu iktar miżuri. Il-gvern qed jgħid li implimenta 70% tar-rakkomandazzonijiet tal-inkjesta dwar il-mewt ta’ Bernice Cassar.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li hemm miżuri li għadhom ma ddaħħlux għaliex il-gvern qed ikaxkar saqajh quddiem vittmi ta’ vjolenza li qed ibatu kuljum.
Graziella Attad Previ qalet li l-każi fil-qrati qed jinstemgħu iktar minn sena wara li jiddaħħlu l-każi. Il-pieni fuq l-aggressuri għandhom ikunu ħarxa u mmedjati għaliex il-pieni kif inhuma qed jiffavorixxu lill-aggressuri.
Is-sistema qed tfalli lill-vittmi. Hemm 2,266 każ pendenti quddiem il-qorti dwar il-vjolenza domestika li telgħu minn 1,900, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li s-sitwazzjoni fil-qorti hi waħda fi kriżi fejn hemm problemi akuti li jinsabu f’xifer ta’ kollass. Il-PN qed jipproponi pagi u kundizzjonijiet għall-ħaddiema tal-qorti biex lejn il-qrati jkinu attirati ħaddiema ta’ kwalità. Kull maġistrat u imħalelf għandu jkollut-tim tiegħu.
Graziella Attard Previ sostniet li ħafna responsabbiltajiet tal-familja xorta baqgħu fuq il-mara minkejja li din taħdem iktar fl-iżvilupp tal-karriera tagħha. Malta għadha lura ħafna fin-numru ta’ nisa li huam f’pożizzjonijiet importanti. Il-gvern daħħal biss il-minimu fid-direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja.
Graziella Attard Previ qalet li l-gvern ma jimpurtahx minn dawk li qed ibatu mit-traffikar tal-bniedem fosthom fil-parlours tal-massaġġi, li għandhom ikunu regolarizzati anki minħabba rapporti ta’ traffikar ta’ persuni u li dawn il-postijiet jintużaw għal skopijiet ta’ sfruttament tal-mara u prostituzzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-mard trasmess sesswalment qed jiżdied u għalhekk il-mediċini PEP u PREP għandhom ikunu b’xejn. Il-PN hu favur li kull persuna ta’ kull orjentazzjoni sesswali jkunu trattati ugwalment quddiem il-liġi.