Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li seħħet ħabta bejn mutur u karozza fi Vjal Sir Paul Boffa għall-ħabta ta’ nofsinhar.
Membri mill-Korp tal-Pulizija marru fil-post fejn sabu li kienet seħħet ħabta bejn mutur, misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti l-Imtarfa u karozza misjuqa minn mara ta’ 52 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Fil-post issejjaħ tim mediku fejn wara li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur, huwa ttieħed l-Isptar għal iktar kura.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>