Nhar il-Ħadd 3 ta’ Diċembru Paul Galea ser ikun qiegħed jirrapreżenta lil-pajjiżna fill-Prix des Rencontres Internationals du Trotteur Francais organizzat minn Le Trot ġewwa l-korsa ta’ Vincennes, f’Pariġi Franza. L-assoċċjazzjoni Franċiża iżżom l-impenn tagħha ta’ kull sena b’din l-istedina lill-pajjizi illi magħhom tikkollabora fit-tiġrijiet taż-żwiemel għal din it-tiġrija ġewwa din il-korsa meqjusa bħala t-tempju tat-trott mondjali. Il-Prix des Rencontres Internationals du Trotteur Francais ser tkun is-7 tiġrija tal-programm u tibda għal ħabta tal-10:10pm. Dawk interessati jistgħu isegwu din it-tiġrija live fuq l-istazjoni televiziv Equidia.
Il-Prix des Rencontres Internationals du Trotteur Francais hija tiġrija f’format Reclamer fejn żwiemel parteċipanti huma rkantati wara t-tiġrija bi prezz €18,000. Paul Galea ser jkun qed isuq iż-żiemel bin-numru 14 Flambeur du Digeon. Filwaqt li ż-żiemel igawdi l-fiduċja tall-propjetarju u trainer tiegħu għal-wirja pożittiva f’din it-tiġrija, Paul Galea mux ser ikollu biċċa xogħol faċli meta wieħed iqis li ser jibda mit-tieni filliera wara l-karozza tat-tluq. Flambeur du Digeon għad ukoll irid isib l-aħjar forma tiegħu wara li ġej minn xi xhur ta’ mistrieħ u fl-aħħar xhur ra ukoll bidla fill-propjetarju tiegħu.
Din ser tkun it-tieni darba li Paul Galea ser jirraprezenta lil Malta fill-korsa ta’ Vincennes u għal din l-okkazzjoni ser ikun akkumpanjat mill-Viċi Chairman tall-Malta Racing Club is-sur Tony Demanuele.
//= $special ?>