Riċerkaturi sabu sistema solari meqjusa bħala perfetta waqt riċerka li kienet qed issir għall-possibiltà tal-eżistenza tal-aljeni f’sistemi solari oħra.
Din is-sistema solari tinsab madwar 100 sena dawl ‘il bogħod, ekwivalenti għal distanza li tkopri kważi 100,000 triljun kilometru ‘l bogħod.
Din is-sistema solari qed titqies bħala perfetta għax m’għandix pjaneti ta’ daqsijiet differenti, bħal dawk fis-sistema solari tagħna, iżda għandha sitt pjaneti li bejn wieħed u ieħor huma kollha tal-istess daqs. Dan apparti li l-pjaneti, li jinsabu fis-sistema li ssemmiet HD110067, jduru fl-istess ħin, b’differenza għal dawk fis-sistema solari tagħna.
Il-fatt li dawn il-pjaneti għandhom daqs simili ta’ xulxin se tagħmilha ħafna eħfef għax-xjentisti biex jifhmu kif inħolqu u jekk hemmx ħajja fuq pjaneti f’sistemi solari oħra.
Il-kreazzjoni tas-sistema solari tagħna, il-Milkyway, saret permezz ta’ proċess meqjus bħala vjolenti hekk kif uħud mill-pjaneti, meta kienu qed jinħolqu, daħlu f’xulxin b’riżultat li l-pjaneti Jupiter u Saturn huma ferm kbar meta kkumparati ma’ pjaneti oħra, inkluż id-dinja.
//= $special ?>