Żewġ pazjenti Maltin kienu sottoposti għal żewġ trapjanti tal-fwied fi ftit sigħat bejniethom f’Palermo fl-Istituto Mediterraneo per i Trapianti.
Maurizio Di Fresco, manager fi ħdan l-Istitut Ismett saħaq li dan is-suċċess wasal grazzi għal ftehim li ntlaħaq bejn l-Awtoritajiet Taljani u Maltin lura fl-2011. Huwa insista li dan il-ftehim joffri benefiċċji lil pazjenti Maltin li jistgħu jirċievu trattamenti li m’humiex disponibbli f’Malta…kif ukoll viċi versa.
Dan hekk kif saħaq li saħansitra Malta tibgħat ċertu organi fl-Italja f’każijiet li ma jinstabx donatur.
Allan Vassallo u Carmen Abela iddeskrivew l-esperjenza tagħhom bħala waħda mill-aħjar filwaqt li saħqu li l-intervent mar sew. Huma irringrazzjaw lill-ħaddiema ta’ Ismett.
//= $special ?>