Raġel li qal li jaħdem bħala ‘Scuba Diver’ residenti Ħal Far fil-kamp tar-refuġjati u li għamel xi żmien jgħix ukoll fil-kamp tal-Marsa daħal jisraq u li spiċċa biex ħalla l-passaport warajh ġie arrestat wara li nstab rieqed f’karozza u li kien fis-sakra.
Il-Libjan ta’ 42 sena ġie mixli quddiem il-Maġistrat Abigail Critien li fit-12 ta’ Novembru bejn it-8.30am u d-9.00am seraq arloġġ tad-ditta Ice Watch u Iphone minn skola li tgħallem l-Ingliż f’San Ġiljan. Abdeladeim Al Shuhumi minn Bengażi ġie mixli wkoll li waqt li kien f’post pubbliku kien fis-sara b’mod li ma setgħax jieħu ħsieb tiegħu nniffsu. L-Ispettur eman Hayman qal li nhar il-Ħamis kmien filgħodu l-akkużat inqabad rieqed f’karozza u li kien fis-sakra.
Minn investigazzjoni rriżulta li l-Libjan kien involut f’serqa minn appartament u li dan ġie stabbilit kemm minn filmati tas-CCTV u l-fatt li huwa ħalla l-passaport tiegħu warajh minn fejn daħal biex jisraq. Id-difiża għamlet it-talba għall-pleġġ fuq il-fatt li għandu kondotta nadifa u l-fatt li l-akkużat qed jiċħad bil-qawwa kollha li huwa kkommetta s-serqa.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwa kollha għall-fatt li m’għandux residenza fissa u li dan ikun aħjar għalih għal ġid tiegħu l-ħabs, wara dan inqabad f’karozza ta’ xi ħadd. Barra minn hekk qalet il-prosekuzzjoni l-ħabs ikollu x’jiekol. Ingħad ukoll li hemm il-biża’ ta’ kontaminazzjoni tal-provi.
Il-Qorti wara li semgħet il-partijiet ċaħdet it-talba għall-pleġġ peress li jirriżulta li l-imputat m’għandux indirizz fiss u hemm biża wkoll ta’ intraċċ tal-provi. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Guiliana Magro Conti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u mill-Ispettur Eman Hayman. Għall-akkużat deher l-Avukat tal-Għajnuna Legali Martin Fenech.
//= $special ?>