Matul din il-ġimgħa qed jissoktaw il-laqgħat organizzati mill-Partit Nazzjonalista bi preparazzjoni għall-Kunsill Ġenerali li se jsir il-Ħadd filgħodu.
Il-Ħamis, kien imiss Assemblea oħra li din id-darba saret fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista f’Santa Luċija. Din il-laqgħa kienet indirizzata mill-Kap tal-PN Bernard Grech illi spjega t-tlett mozzjonijiet li jumejn oħra se jitressqu għall-vot tal-Kunsill Ġenerali.
Dawn il-mozzjonijiet jiffukaw fuq il-ħtieġa li pajjiżna jkollu mudell ekonomiku ġdid, fuq l-isfida tal-għoli tal-ħajja, u fuq it-tema tal-governanza tajba.
Dawk preżenti ġew indirizzati wkoll mill-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione, mill-President tal-Kunsill Ġenerali tal-PN Mark Anthony Sammut u mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino.
//= $special ?>