Hekk kif illum qed jitfakkar il-Jum Dinji tal-AIDS, il-Partit Nazzjonalista jibqa’ magħqud b’solidarjetà mal-miljuni li jgħixu bl-HIV u jfakkar il-ħajjiet mitlufa minħabba epidemija mmarkata minn stigma u misinformazzjoni. Filwaqt li nirrikonoxxu l-progress fil-ġlieda medika kontra l-HIV/AIDS, Malta għadha qed tiffaċċja waħda mill-ogħla rati ta’ infezzjoni fl-Ewropa.
Il-PN sostna dan permezz ta’ stqarrija maħruġa mill-Kelliem għal-Libertajiet Ċivili, id-Djalogu Soċjali u l-Ġlieda Kontra d-Dijabete Claudette Buttigieg u mill-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista.
Il-PN tenna l-ħtieġa urġenti għal aktar azzjoni mill-Gvern, favur PREP b’xejn, implimentazzjoni immedjata ta’ politika dwar is-saħħa sesswali li ilha snin mistennija, edukazzjoni sesswali komprensiva, testijiet aċċessibbli bbażati fil-komunità, u appoġġ imsaħħaħ għall-komunità tal-HIV+.
Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ impenjat li jżomm lill-awtoritajiet responsabbli, filwaqt li jesprimi gratitudni lejn organizzazzjonijiet bħal Checkpoint Malta u MGRM, kif ukoll l-istaff tal-kura tas-saħħa fl-isfera tal-GU Clinic, għall-attiviżmu u d-dedikazzjoni bla heda tagħhom.
//= $special ?>