Stennija għall-bidu tal-Malta SB20 Seajet Malta National Sailing League 2023/2024, parti mill-programm tad-Dinghy Regatta organizzat mir-Royal Malta Yacht Club.
Fi tmiem tal-kampjonat 2022/2023, Careful Now, li sofriet ħsara fl-arblu f’Ġunju irritorna b’arblu ġdid filwaqt li Maltese Musketeer issa huwa mmexxi minn Ramon Sant Hill.
L-iskipper ta’ esperjenza Jan Rossi akkwista l-SB20 tiegħu stess u se jkun qed jidħol fis-serje ta’ tlielaq li ġejjin.
Il-flotta SB20 Malta kienet ilha tistenna għall-bidu tal-kampjonat, meta l-bidu tal-istaġun kien pospost f’Ottubru minħabba nuqqas ta’ riħ, filwaqt li t-tiġrijiet ta’ Novembru sofrew rwiefen qawwija, bl-ewwel ġurnata ta’tlielaq tiġi posposta. Sayonara Baby, id-dgħajsa li wriet l-aktar titjib fi tmiem l-aħħar staġun, wettqet sensiela ta’rebħ fejn kisbet l-ewwel post fit-tellieqa tal-ftuħ u t-tieni fil-klassifika ġgenerali.
Malta Young Sailors Club, Maltese Musketeer, u Careful Now impenjaw ruħhom b’Malta Young Sailors Club hareġ rebbieħ. Timo Bonnici, b’ Sebastian Ripard mal-ekwipaġġ kien bla telfa għall-bqija tal-ġurnata. Il-bdil tal-kundizzjonijiet kienu jifavvurixxu l-ekwipaġġi eħfef, l-aħjar eżempju mill-ekwipaġġ ta’ Gabriella Mifsud u Team Panda li kein magħmul minn nisa biss li temmew fit-tielet post.
//= $special ?>