Matul il-jum tal-Ġimgħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kellu laqgħa ferm importanti ma’ George Hyzler li huwa l-membru Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Waqt din il-laqgħa George Hyzler ippreżenta r-rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fejn spjega li huwa propju l-ewwel darba li qed jippreżenta r-rapport tiegħu, hekk kif inħatar f’din il-kariga f’Ottubru tas-sena li għaddiet.
Wara l-preżentazzjoni tar-rapport huma ddiskutew il-punti ewlenin li ħarġu minnu. Apparti minn hekk, George Hyzler tkellem ukoll dwar ix-xogħol li qed jagħmel bħalissa fejn spjega li qed jaħdem fuq żewġ rapporti – wieħed dwar state-aid u l-ieħor dwar ir-refuġjati fl-Ukrajna.
Huwa stqarr illi l-għan ta’ dawn ir-rapporti hu sabiex jara jekk il-flus intefqux b’mod għaqli.
Dan filwaqt li preżentament hemm lista ta’ rapporti li jridu jsiru, li mbagħad jiġu mqassmin lill-membri tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Minn naħa tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irringrazzja lil George Hyzler tax-xogħol kollu li qiegħed jagħmel …filwaqt li ddiskuta mieghu diversi temi u kwistjonijiet li għaddejjin bħalissa f’pajjiżna.
//= $special ?>