Biex jiċċelebra l-festi tal-Milied il-kor St Monica Vocal Ensemble bi pjaċir iħabbar li se jtella’ l-kunċert annwali tal-Milied, “In Dulci Jubilo”. Għaldaqstant qed jistieden lill-pubbliku biex nhar is-Sibt 16 ta’ Diċembru jiċċelebra dan l-istaġun tal-festi miegħu fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Marija, magħrufa aħjar bħala l-Knisja l-Qadima, Birkirkara.
Taħt id-direzzjoni ta’ Jean Paul Attard, il-kor ser ikun akkumpanjat mill-Assistent Direttur u pjanista Roanna Vella.
Il-programm jinkludi diversi għanjiet tal-Milied, fosthom In Dulci Jubilo it-tema li ntgħażlet għal dan il-kunċert, il-kompożizzjoni oriġinali L-Għanja tal-Maġi mill-korista tagħhom stess Adrian Ventura, kif ukoll klassiċi bħal O Come All Ye Faithful u Torches li se jkunu akkumpanjati minn Nicholas Busuttil fuq it-trumbetta. Ir-repertorju se jinkludi wkoll siltiet oħra fosthom Holy Night, Silent Night, Carol of the Bells, All is Calm, Sleep in Peace, What Child is This? u A Christmas Medley li fiha għanjiet tradizzjonali tal-Milied bħal Joy to the World u Deck the Hall fost oħrajn.
Il-kunċert jibda fis-7:15pm u d-dħul huwa b’xejn. Huwa rrakkomandat li wieħed jasal kmieni biex jiżgura post. Fi tmiem il-kunċert ser issir ġabra b’risq il-knisja. Għal aktar informazzjoni, tista’ żżur il-paġna ta’ Facebook St Monica Vocal Ensemble. Kull min hu interessat li jingħaqad mal-kor tagħhom jista’ jibgħat email fuq stmonicavocalensemble@gmail.com u jibbukkja għal prova.
Is-St Monica Vocal Ensemble hija organizzazzjoni volontarja rreġistrata VO/0738.
//= $special ?>