Internazzjonali

Il-kriżi tal-klima : Il-ġenerazzjonijiet tal-futur ‘se jżommu lill-Mexxejja kontabbli għal kulma jista’ iseħħ’

Il-Mexxejja fid-Dubaj preżenti għas-Summit tal-COP28 – Konferenza dwar il-Klima fuq livell globali —  qed ikunu mwissija li l-komunitajiet u pajjiżi mifnija bil-konflitti ma jridux jitħallew jikkumbattu waħedhom l-effetti devastanti tat-tibdil fil-klima….Fenomenu li sar theddida reali għad-dinja kollha u li qed iħalli impatt akbar minn sena għall-oħra – bil-ġenerazzjonijiet preżenti u tal-futur iridu jżommu lill-Mexxejja kontabbli għal dak kollu li jista’ iseħħ illum.

Fost il-messaġġi matul il-ġurnata kien hemm appell biex il-pajjiżi u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati jirrikonoxxu li ma jistgħux jitkellmu dwar il-bidliet fil-klima mingħajr ma jieħdu in-kunsiderazzjoni t-traġedji umanitarji li qed jiżvolġu madwar id-dinja.

L-appell imqanqal hu biex — filwaqt li d-dinja tipprova tirbaħ iż-żmien biex tindirizza u tagħmel progress fil-ġlieda kontra l-effetti ta l-global warming – il-pajjiżi, b’mod partikulari l-Istati industrijalizzati, iżommu f’moħħhom dejjem l-aktar setturi vulnerabbli fis-soċjetà.

Ir-Re Abdullah tal-Ġordan kien fost il-Mexxejja wara dan l-appell, fost l-enfasi biex il-komunitajiet fl-eqqel ta’ konflitt u l-Istati li qed jiżviluppaw u mingħajr ir-riżorsi meħtieġa ma jiffaċċjawx waħedhom din il-problema globali. Dan waqt li r-Re tenna li d-dinja ma tistax tibqa’ tħares waqt li l-gwerra f’Gaza qed theddid dejjem akar nies minbarra li ‘tiffriża l-progress;’ lejn futur aħjar għad-dinja.