Lokali

Inizjattiva b’appoġġ għal ‘Step Up For Parkinson’s’

Bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd, l-organizzazzjoni ‘Step up for Parkinson’s’ se tkun qed tippreżenta wirja ta’ memorabilia oriġinali li titfa’ dawl fuq il-karriera ta’ żewġ stilel tal-futbol – Lionel Messi u Cristiano Ronaldo.

Esebizzjoni li qed issir fl-Imrieħel, fis-Sala Ewlenija tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Inklużjoni. Net News tkellem ma’ Adrian Casha, eks-referee tal-MFA u wiċċ familjari mad-dilettanti sportivi – persuna li hu stess bħalissa qed jikkumbatti l-kundizzjoni tal-parkinsons.

Adrian Casha kellimna ukoll dwar din l-esibizzjoni fejn spjegalna iktar fid-dettal l-varjeta li wieħed jista’ jsib.

Id-dilettanti tal-futbol ser ikunu jistgħu jieħdu sehem f’irkant ta’ dawn il-memorabilia imprezzabbli; inkluż flokkijiet iffirmati ta’ plejers ta’ Manchester United, u l-faxxa ta’ captian oriġinali tal-leġġenda Cristiano Ronaldo – bil-flus imorru kollha għal-din l-Organizzazzjoni Voluntarja.