Din is-sena, l-Esplora se jkun qed jinkorpora l-maġija tal-Millied mal-eċitament li kapaċi tagħhi x-xjenza u t-teknoloġija.
L-avveniment bl-isem Esplora Christmas Wonderland, se jkun organizzat mit-8 ta’ Diċembru sas-7 ta’ Jannar mis-6:00pm sal-10:30pm – ċelebrazzjoni unika għal-familja kollha.
Waqt il-Christmas Wonderland wieħed se jkun jista’ jżur suq tal-Milied, apparti li jgawdi ukoll min spetaklu magiku, imħallat max-xjenza; inkluż logħob interattiv kemm għal kbar u anke għaż-żgħar.
Dawn l-attivitajiet kollha matul dan ix-xagħar tal-Milied se jkun qed issru bl-involviment tat-talent Malti, filwaqt li se jkun hemm bosta stands fejn wieħed jista’ josserva bosta esperimenti – imħalta mal-ispirtu tal-Milied.
Din ix-xahar, fl-Esplora, se jkun ippakjat b’attivitjiet u se jkun qed jilħaq l-qoffol tiegħu b’show tal-Milied fejn wieħed se jkun jista jara bosta spettakli bit-tema festiva.