L-ewwel partita tal-14-il ġurnata rat lil Juventus jegħlbu lil Monza f’partita drammatika għall-aħħar bl-iskor finali jkun 2-1.
Juventus kellhom l-ewwel ċans ta’ gowl wara 9 minuti logħob meta Dusan Vlahovic inkariga ruħu mill-penalty miksub mill-foul kommess fuq Cambiasso minn Kyriakopoulos, madankollu l-attakkant Serb ma rnexxielux jikkonkludi sew bil-goalkeeper jitfa’ barra għall-korner.
Mill-korner li rriżulta mis-save ta’ Di Gregorio fuq il-penalty ta’ Vlahovic, Adrien Rabiot fetaħ l-iskor meta kkonkluda fix-xibka mill-korner mogħti minn Nicolussi Caviglia.
Monza ħasbu li kisbu d-draw b’mod drammatiku fil-91 minuta, meta Valentin Carboni ittanta xortih mill-bogħod u għeleb għal kollox lil Szczesny.
Madankollu, żewġ minuti wara , Juventus ma qatawx qalbhom, hekk kif kien Federico Gatti li xeħet fix-xibka b’xutt potenti mill-viċin li wasal mill-kontrattakk veloċi ta’ Rabiot.
Dan ir-riżultat jitfa’ lil Juventus momentarjament fl-ewwel post.
Illum
Monza v Juventus 1-2
Għada
Genoa v Empoli 3:00pm
Lazio v Cagliari 6:00pm
Milan v Frosinone 8:45pm
Il-Ħadd
Lecce v Bologna 12:30pm
Fiorentina v Salernitana 3:00pm
Udinese v Verona 3:00pm
Sassuolo v Roma 6:00pm
Napoli v Inter 8:45pm