Futbol Sport

Kampjonat tal-Veterani: Hibernians fit-tieni post

Hibernians Veterans telgħu fit-tieni post tal-klassifika tal-Veterans Malta Football Association Cisk Premier League wara li f’partita bbilanċjata għelbu lil Rabat Veterans 6-4.

Hibernians skorjaw permezz ta’ Leandros Calleja, Ilia Nazarov, Mauro Brincat, Roderick Farrugia, Thomas Caruana u awtogowl filwaqt li Rabat skorjaw permezz ta’ Ibrahim Tarek li skorja tliet gowls u gowl minn Chris Muscat.

Iċ-champions Malta Football Players Association irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Luxol St Andrew’s bl-iskor kbir ta’ 10-1. Il-gowls skorjati tlieta minn Aleksandar Marinkovic tnejn kull wieħed minn Roderick Bajada u Gareth Sciberras ugowls minn Thomas Paris, Carlo Mamo u Jonathan Bondin. Mano Micallef skorja l-gowl ta’ konsolazzjoni għal Luxol.