Lokali Qorti

Multa ta’ €3,000 talli żamm xadina f’post mhux xieraq

The Green monkeys (Chlorocebus sabaeus) is found in West Africa from Senegal to the Volta River. It has been introduced to the West Indian islands in the late 17th century when slave trade ships traveled to the Caribbean from West Africa. This photo was taken in Bridgetown, Barbados.

Raġel ta’ 42 sena residenti n-Naxxar ġie mmultat €3,000 mill-Maġistrat Nadine Lia wara li nstab ħati li żamm xadina li ġejja mill-Afrika f’post mhux adegwat fil-Mellieħa. Albert Grima kien tressaq mill-Ispettur Elliott Magro li nvestiga każ.

Ġalea kien ġie akkużat li fit-13 ta’ Jannar 2022, u fil-ġranet u ġimgħat ta’ qabel, kellu annimal perikoluż u tar-razza ‘Chlorocebus Sabaeus’. Magro kien akkuża lil Grima wkoll li żamm dan l-annimal f’sit mhux approvat mill-awtoritajiet u li żammu fi stabbiliment mhux zooloġiku.

Chlorocebus Sabaeus huwa l-isem xjentifiku tal-Green Monkey, xadina li tinstab fil-Punent tal-Afrika. Il-Pulizija kien daħlilha rapport li kien hemm persuna qed iżżomm xadina fil-lokalità tal-Mellieħa. Mill-investigazzjoni ħareġ li la x-xadina, la s-sid u lanqas il-post ma kienu reġistrati mad-Dipartiment għas-Servizzi Veterinarji.

Meta marru l-uffiċjali biex jispezzjonaw il-post sabu li x-xadina kienet miżmuma fi stat tajjeb u kienet għand sid ieħor qabel li wkoll ma kienx irreġistrat. Id-Direttur tas-Servizzi Veterinarji qal lill-Qorti li x-xadini huma meqjusa bħala annimal perikoluż,

Dan peress li jistgħu jikkontaminaw u jmexxu mard li jaffettwa lill-bniedem. Grima qal fil-Qorti li x-xadina spiċċat għandu għax is-sidien tagħha kienu se jitilqu minn Malta u kienu se jraqqduha jekk ma jsibux ma’ min iħalluha.

Il-Maġistrat Lia qalet li jirriżulta li l-akkużat qatt ma rreġistra x-xadina minħabba li l-awtoritajiet għamlulu impediment milli japplika. Dan għax waqt li fl-2016 kellu perjodu ta’ xahrejn fejn seta’ jirreġistra, u ma għamilx hekk, anke kieku wara ried jirreġistraha ma ħarġux aktar reġistrazzjonijiet.

Il-Qorti filwaqt li qalet li x-xadina kienet miżmuma tajjeb minn naħa l-oħra kienet qed tinżamm ma kienx meqjus bħala post adegwat għal speċi bħal din. Għaldaqstant filwaqt li ma sabitux ħati li kellu fil-pussess tiegħu annimal perikoluż mhux reġistrat sabitu ħati li żamm annimal f’post mhux adegat u mmultatu €3,000.