Hekk kif resqin lejn il-bidu ta’ sena ġdida, il-kumpanija Net Media se tkun qed issaħħaħ is-servizzi tagħha fuq il-pjattaformi kollha li topera fihom. Dan sabiex twassal l-aħbar bl-aħjar mod, u taqsam man-nies l-aktar stejjer u ġrajjiet li jolqtu direttamenti lill-Maltin u l-Għawdxin.
Għaldaqstant, Net Media ħarġet sejħa għal ġurnalisti part-time u full-time biex jingħaqdu mat-tim tagħna.
Fix-xhur li ġejjin, Net News se jkun qed jikber mhux biss fix-xandir fuq pjattaformi tradizzjonali bħar-radju u t-televiżjoni iżda anke b’servizz imsaħħaħ fuq NetNews.com.mt u anke l-media soċjali. Dan apparti li l-kumpanija tkompli taħdem biex twassal kuljum kemm il-ġurnal In-Nazzjon u anke l-gazzetta tal-Ħadd, il-mument.
Kull min jixtieq jingħaqad bħala ġurnalist ma’ Net News jista’ jibgħat CV fuq l-indirizza elettroniku hr@netmedia.com.mt sal-Erbgħa 6 ta’ Diċembru.
//= $special ?>