Qalb il-Milied hija attivita’ mtella’ mill-iskola Medja u Sekondarja taż-Żejtun, fi ħdan il-Kulleġġ San Tumas More. Din l-attivita’ b’risq id-Dar tal-Providenza ser tkun mit-18 sal-20 ta’ Diċembru. Fil-bidu ta’ din l-attivita it-tfal se jkunu qed jibdew bil-purċissjoni tal-Bambin u jinfetaħ il-villaġġ tal-Milied għall-istudenti tal-iskola.
Fl-20 ta’ Diċembru ser tkun miftuħa ukoll għall-pubbliku mis-6pm sal-10.30pm. Serata b’tiżwieq ta’ affarijiet fosthom villaġġ tal-Milied, bankarelli b’xogħol artiġġjanali u rigali, attivitajiet għat-tfal, kant u żfin u ma jonqosx ikel u ħelu tradizzjonali tal-Milied. Jakkumpanjaw din l-attivita’ ser ikollna l-banda tal-iskola li żżomm l-atmosfera ferriħija tal-Milied.
Fit-8.15pm ser jitwettaq rekord nazzjonali tal-ikbar kalzetta tal-Milied, fejn fit- 8.30pm ser ikollhom ukoll sorpriża ħelwa. Din il-kalzetta ser timtela’ bir-rigali li jitqassmu lir-residenti tad-Dar tal-Providenza. Bil-ħidma u d-dedikazzjoni tal-istaff, studenti, kif ukoll tal-ġenituri.
Qalb il-Milied toħloq sens ta’ ġenerożita u għaqda f’dan iż-żmien speċjali fejn wieħed jista jikseb informazzjoni fuq l-paġna Qalb il-Milied.
//= $special ?>