Lokali Qorti

Akkużat li kisser tieqa ta’ knisja biex jipprova jisraq minn fuq ġewwa

Il-Qorti żammet lil żagħżugħ taħt arrest hekk kif qed jiġi mixli li pprova jisraq mill-Knisja tat-Trinità fil-Marsa.

Rapport li sar mill-Pulizija wassal biex Hossam Amgad Anwar Aly Elnily ta’ 26 sena jiġi arrestat wara li nstab fuq scaffolding li hemm mal-faċċata tal-Knisja li qed tiġi restawrata. Huwa nqabad fil-fatt ikisser tieqa li tagħti għal ġewwa tal-Knisja.

Fil-Qorti, huwa qed jiġi akkużat li pprova jidħol fil-Knisja u jisraq minnha.

L-akkużat qal li hu jgħix barra tant li kien qed jorqod fuq l-iscaffolding, bit-tieqa tinkiser meta laqatha b’siequ. Stqarrija li l-Pulizija m’emmnux hekk kif fejn kien l-akkużat, dan kien impossibli li jseħħ.

Iż-żagħżugħ qal ukoll li kien qed jorqod hemm biex minn sbieh filgħodu jibda jaħdem fuq il-kisi. Stqarrija oħra li wasslet lill-Qorti temmen li dan mhux minnu hekk kif tali xogħol mhux qed isir fuq il-Knisja.

L-akkużat wieġeb mhux ħati bil-Magistrat Abigail Critien ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.