Total ta’ 22 pajjiż ħarġu dikjarazzjoni sabiex jitriplaw il-kapaċita tal-enerġija nuklejari sas-sena 2050, sabiex b’hekk jilħqu dak imsejjah net zero biż-żieda fit-temperaturi jiġu limitati sa 1.5 gradi celcius.
Fost dawn it-22 pajjiż li ħarġu din id-dikjarazzjoni hemm l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, il-Ġappun kif ukoll il-Korea ta’ Isfel.
Waqt id-diskors tagħha, Kamala Harris, il-Viċi President tal-Istati Uniti qalet li pajjiżha ser jkun qed jagħti 3 biljun ewro lil Green Climate Fund.
Hija żiedet tgħid li dan huwa mument importanti ferm hekk kif l-azzjonijiet, jew in-nuqqas ta’ azzjonijiet illum ser jimpataw il-ħajjiet ta’ biljuni ta’ nies għad-diċenji li jmiss.
Il-Prim Ministru tal-Italja Georgia Meloni, minkejja l-fatt li minn dejjem pruvat ixekkel l-importanza tal-azzjoni imedjata dawar it-tibdil fil-klima, qalet li l-Italja ser tkun qed tagħti 100 miljun ewro lil fondazzjoni l-ġdida loss and damage fund, li hija fondazzjoni sabiex tingħata għajnuna finanzjarja lil dawk l-aktar milquta mil-efetti tat-tibdil fil-klima.
Intat il-Papa Franġisku sfortunatament ma setax jattendi minħabba bronkite, il-kelliem f’ismu qal li l-qerda tal-ambjent hija offiża kontra Alla u għalhekk dnub.
Huwa appella wkoll għat-tmiem tal-industriji tal-faħam kif ukoll tal-fossil fuels, waqt li talab ukoll għal maħfra tad-djun li għandhom numru ta’ pajjiżi li ġew milquta bl-effetti tat-tibdil fil-klima.
Minn naħa tiegħu l-Prim Ministru ta Fiji, waqt diskors b’saħtu qal li pajjiżu safa vitma ta’ diversi diżastri naturali, f’dawn l-aħħar ftit snin.
Turija ċara li l-umanità qeda f’xifer ta’ kolass u għalhekk jeħtieġ li titieħed azzjoni kemm jista’ jkun malajr biex iseħħ bidla.
//= $special ?>