Internazzjonali

GEORGIA: Dimostrant iqabbad lilu nnifsu quddiem l-uffiċċju tal-konsulat Iżraeljan

Persuna tinsab f’qadgħa kritika wara li numru ta’ dimostranti fl-Istat ta’ Georgia niżlu fit-toroq jipprotestaw quddiem l-uffiċċju tal-konsulat Iżraeljan; protesta li saret b’messaġġ politiku sabiex il-gwerra bejn l-Iżraeljani u l-Hamas tispiċċa darba għal dejjem.

Dan wara li l-militar ta’ Iżrael reġa’ beda l-ġlied f’Gaza wara li akkuża lill-Hamas li kiser tregwa ta’ sebat ijiem billi spara lejn it-territorju Iżraeljan u naqas milli jeħles l-ostaġġi tan-nisa kollha.

Fil-mument li l-Pulizija marru fil-post tal-protesta sabu dimostrant jitfa’ il-petrol fuqu u jqabbad lilu nnifsu waqt li mdawwar b’diversi persuni jżomm l-bandiera Palestinjana.

Gwardjan tas-sigurtà li intervjena sabiex is-sitwazzjoni tġi taħt kontroll spiċċa sofra minn xi ġrieħi wara li ħaraq il-polz u saqajh.