It-tkabbir ekonomiku qed iwassal għal effetti mhux mixtieqa, sentiment li qed jinħass minn ħafna Maltin u Għawdxin.
Kien dan li ħareġ fl-artiklu ta’ opinjoni fil-gazzetta Times of Malta miktub mill-Professur fi ħdan l-Università ta’ Malta, Lino Briguglio meta kien qed jitkellem dwar l-ekonomija Maltija.
Fl-aħħar jiem ġie żvelat li l-Unjoni Ewropea qed tbassar li fl-2024 l-ekonomija ta’ Malta se tkun qed tikber b’rata maġgħla meta kkumparata ma’ pajjiżi Ewropej oħra. Għalkemm din tinstema’ pożittiva, Briguglio qajjem dubji serji dwar dan kollu hekk kif it-tkabbir ekonomiku mhux neċessarjament iġib affarijiet pożittivi miegħu.
Briguglio qal li t-tkabbir fil-GDP, li bażikament ifisser id-dħul li jseħħ, li jinkludi t-taxxi, eventwalment imorru sabiex il-pajjiż ikollu titjieb fil-prodotti u servizzi tiegħu, jista’ itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu iżda jista’ wkoll iwassal biex ikollu l-effett kompletament oppost.
L-effett oppost kapaċi jġib miegħu attivitajiet li jniġġsu lil pajjiżna, degradazzjoni tal-art, skumdità bejn il-poplu, u effetti oħra li jaffetwaw lil kull persuna residenti f’pajjiżna.
Fost dawn ngħatat l-eżempju tas-siġar fil-Mosta, li l-għan tat-tqaċċit tas-siġar kien għal attività ekonomika, iżda minflok ħadet spinta li kienet se taffetwa l-kwalità tal-ħajja tar-residenti Mostin. U l-istess għall-kostruzzjoni, li ftit qed jiggwadanjaw minn dan, iżda fil-maġġoranza qed ibatu jum wara l-ieħor.
U xi ngħidu għall-bajjiet li ngħataw lin-negozjanti, b’ħafna spiċċaw jittamaw li jsibu mqar rokna żgħira fuq xi bajja.
U quddiem dan kollu, il-Gvern Laburista jibqa’ jwebbes rasu u jinjora l-karba ta’ ħafna professjonisti u tal-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>