L-Uffiċċju Meteoroloġiku fir-Renju Unit ħareġ numru ta’ twissijiet f’diversi zoni hekk kif it-temperaturi niżlu sew tant li postijiet bħal Wales u Aberdeenshire jinsabu miksijin bil-borra.
Minkejja li għadna nibdew Diċembru, diversi lokalitajiet diġa’ laħqu temperaturi ferm taħt iz-zero, b’zoni f’Wales raw it-temperatura tinżel -8C u Aberdeenshire saħansitra niżlet -11C. Dan apparti l-borra u s-silġ li niżlu f’dawn il-lokalitajiet.
It-twissijiet s’issa ħarġu għat-Tramuntana tal-Iskozja u Cumbria sal-lbiċ tal-Iskozja, u anke fin-Nofsinhar u Lvant tal-kosti tal-Ingilterra.
Fost l-oħrajn, il-partita tal-FA Cup bejn Crewe Alexandra u Bristol Rovers kellha tiġi posposta minħabba l-kundizzjonijiet li ma kienux siguri għal-logħba.
In-nies qed jintalbu biex joqgħodu attenti minħabba żluq li hemm kawża tal-borra u s-silġ, mhux biss dawk li jkunu mixjin iżda anke s-sewwieqa. It-trasport pubbliku jista’ jesperjenza xi dewmien kaġun ta’ dan il-maltemp.
//= $special ?>