Il-konfront bejn Manchester City u Tottenham Hotspur il-Ħadd fil-5:30pm huwa bla dubju l-iktar konfront mistenni mill-partiti skedati din il-ġimgħa.
Is-Citizens se jaffrontaw lil Spurs fl-Etihad Stadium biex ikomplu l-pressjoni tagħhom fuq Arsenal li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b’30 punt wara 13-il partita, b’ dawn tal-aħħar jaffrontaw lil Wolves illum fl-4:00pm.
Fl-istess ħin, Brentford u Luton Town se jkunu qed jaffrontaw lil xulxin, kif ukoll se tkun għadejja partita fil-parti t’isfel tal-klassifika bejn Sheffield United u Burrnley.
Illum, Nottingham Forest ukoll fl-azzjoni bil-partita tagħhom kontra Everton, bit-Toffees jittamaw li jiksbu l-ewwel rebħa tagħhom wara t-tnaqqis ta’ 10 punti li sofrew fis-17 ta’ Novembru.
L-aħħar partita skedat għal lum hija partita oħra interessanti, bejn Manchester United u Newcastle United li se tintlagħab fid-9:00pm, fejn naraw żewġ timijiet li kienu mpenjati matul il-ġimgħa fl-UFA Champions League jissieltu għat-tlett punti.
Numru ta’ partiti skedati għall-Ħadd fit-3:00pm, b’ Bournemouth jilagħbu kontra Aston Villa, Chelsea għandhom avversarju validu ħafna, fejn se jospitaw lit-tim ta’ De Zerbi, Brighton. Liverpool kontra Fulham u partita bejn żewġ timijiet minn Londra, West Ham United u Crystal Palace huma l-aħħar partiti f’dan il-ħin.
Illum
Arsenal v Wolves 4:00pm
Brentford v Luton T. 4:00pm
Burnley v Sheffield U. 4:00pm
Nottingham F. v Everton 6:30pm
Newcastle v Man. Utd 9:00pm
Għada
Bournemouth v A.Villa 3:00pm
Chelsea v Brighton 3:00pm
Liverpool v Fulham 3:00pm
West Ham v C.Palace 3:00pm
Man.City v Tottenham 5:30p